Lokali

Ċiklist isofri ġrieħi gravi wara impatt ma’ karozza

Ċiklist ta’ 56 sena mill-Iklin sofra minn ġrieħi gravi wara li kellu impatt ma’ karozza. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart fi Triq il-Kanun, Santa Venera

Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel li kien qed isuq rota, għal xi raġuni safa’ milqut minn vettura tat-tip Kia Carens li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena li joqgħod Raħal Ġdid.

Iċ-ċiklist sofra xi ġrieħi u għaldaqstant issejħet ambulanza fuq il-post li ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.