Futbol Sport

Giampaolo uffiċjalment kowċ ta’ Milan

(Ritratt: Marc Atkins/Getty Images)

Marco Giampaolo nħatar uffiċjalment kowċ ta’ Milan bl-għan prinċipali se jkun li jmexxi lil Milan biex jirritornaw fil-UEFA Champions League. Hu ffirma kuntratt ta’ sentejn b’għażla għat-tielet staġun u se jkollu salarju ta’ €2 miljuni kull staġun.

L-aħbar kienet ilha mistennija għal diversi jiem u jidher li din kienet għażla ta’ Paolo Maldini li f’Giampaolo ra l-kowċ ideali biex Milan jikbru fi stil ta’ logħob. Giampaolo normalment jilgħab b’formazzjoni ta’ 4-3-1-2 u għalhekk se jkollu anki jagħmel xi bidliet fl-iskwadra minħabba li hu stil differenti li kien jilgħab l-eks kowċ Gennaro Gattuso. L-ewwel akkwist mistenni jkun Rade Krunic.

Giampaolo li għandu 51 sena għandu esperjenza fil-kampjonat Taljan b’total ta’ 270 logħba fis-Serie A. Hu kellu diversi esperjenzi fl-ogħla diviżjoni Taljana, bl-aħħar esperjenza tkun ta’ tliet staġuni ma’ Sampdoria fejn mexxa lit-tim biex jistabbilixxi ruħu f’nofs il-klassifika.

Tags