Minkejja laqgħa li kienet saret fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, li għaliha attendew uffiċjali tal-General Workers’ Union u l-Ministru Evarist Bartolo, il-cleaners tal-kulleġġi qed jaffaċċjaw rosters li jirriżultaw f’paga miżera.
Il-kwistjoni ta’ dak li l-General Wrokers’ Union qed tirreferi għalih bħala prekarjat ġdid qed tissarraf hekk kif il-cleaners matul is-sena skolastika qed jaħdmu ġimgħat li jlaħħqu l-40 siegħa xogħol waqt li fis-sajf dan l-ammont jonqos drastikament.
Dwar dan, Net News tkellem ma’ Kenny Muscat, Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel fi ħdan il-General Workers’ Union.
Fil-laqgħa, jidher li l-Ministru fehem dak li kienet qed tilmenta dwaru l-General Workers’ Union iżda dan ma bidel xejn.
Il-General Workers’ Union qed tagħmilha ċara li mhux se taċċetta li s-sitwazzjoni tippersisti.
Fil-kummenti tieħu, Kenny Muscat iddikjara komplew id-diskussjonijiet bejn il-General Workers’ Union u l-Ministeru tal-Edukazzjoni iżda s’issa għad m’hemmx soluzzjoni.
//= $special ?>
