120 qabla fl-Isptar Mater Dei qed isegwu direttivi tal-Union tagħhom l-MUMN wara li t-tmexxija tal-istess sptar ħolqu qasma kbira bejn il-ħaddiema.
Dan seħħ meta min hu resposabbli biex jagħmel ir-roster ta’ dawn il-midwives ta rosters differenti skont min hi jew lil min taf il-qabla.
Il-qwiebel li jaħdmu f’Obstetrics 1, 2 u 3 jaħdmu xift ta’ day/day/night/rest/off iżda dawk minnhom li jaħdmu ġimgħa ta’ 40 siegħa minflok 46 li filfatt itella dan ix-xift, mhux kollha ingħata l-istess kunizzjonijiet.
Dan għaliex filwaqt li hemm min is-sitt sigħat jitnaqqsulu billi jingħataw breaks itwasl, ħaddieħor ġie aġevolat u ingħata roster fejn waħda mill-ġranet sħaħ li suppost taħdem taħdimha nofstanhar.
Qwiebel li tkellemu ma’ netnews.com.mt qalu li hi ħasra kbira li inholqot din il-qasma li qed tkompli tnaqqar mill-motivazzjoni ta’ dawn il-ħaddiema meta jaraw dan l-aġir mill-management. Xhieda tal-impatt negattiv ta’ kif qed jiġu mmaniġġjati l-affarijiet huwa n-numra dejjem jikber ta’ qwiebel li jixtiequ jiġu trasferiti għal sptrijijet jew swali oħra. Sorsi qalulna li hemm madwar 6 Senior Midwives li talbu li jiġu trasferiti. U dan mill-Labour Ward biss. L-istess sorsi qalulna li fl-NPICU, li hija s-sala tal-kura intensive tat-trabi, hemm madwar 20 qabla lik tixtieq transfer.
Qalulna wkoll li midwives ġodda jew li ma jitkellmux għad-drittijit tagħhom jispiċċaw jingħataw kudizzjonijiet inferjuri għal ħaddieħor.
Fost id-direttivi li ingħataw dawn il-midwives hemm li ma jgħinux fil-ħasil tal-pazjenti kif ukoll li ma jkunux flessibbli fil-ħinijiet tal-viżitaturi, li ma jgħinux fir-rounds tas-sala u fit-trasferimenti tal-pazjenti.
L-MUMN qalet li l-management qed jaħdem b’mod diskriminatorju fost il-qwiebel u qed iwassal għal sens ta’ frutrazzjoni u rabja fost il-midwives.
L-MUMN se tkun qed tiltaqa’ ma uffiċjali tal-isptar biex tiddiskuti s-sitwazzjoni bit-tama li dawn il-problemi jiġu riżolti u l-qwiebel ikunu jistgħu joffru s-servizz sħiħ tagħhom bħal ma dejjem għamlu.
//= $special ?>