Lokali

Kors MEDAC – L-istudji dwar is-sigurtà fil-Mediterran

Is-sigurtà fil-Mediterran tħalli xi forma ta’ effett fuqna lkoll, u għalhekk irridu nkunu konxji dwar dak li jkun għaddej madwarna.

Dan qalu l-President ta’ Malta Goerge Vella li indirizza t-tnedija ta’ kors mill-MEDAC u l-Istitut Internazzjonali ghall-Gustizzja u s-Saltna tad-Dritt.

Fid-diskors tieghu l-President għamel referenza għal kriżi li hemm bħalissa fil-Libja u anke f’ċertu bnadi ohra fl-Afrika ta’ Fuq. Dan qed iħalli nuqqas ta’ sigurtà fil-pajjiżi rispettivi u b’hekk qed tikber il-krizi tal-immigrazzjoni.

Il-President ħares ukoll lejn is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, u kif ukoll it-Turkija.

Huwa irrimarka li fil-Mediterran mhux biss qed ikun hemm traffikar tal-bnedmin, iżda wkoll tal-armi u kif ukoll tad-drogi. Dan qed iħalli impatt kbir fuq il-Mediterran u mhux biss, iżda wkoll fuq numru ta’ pajjiżi oħra Ewropew.

George Vella qal li fl-Ewropea u anki f’pajjiżi oħra li jmissu mal-Mediterran qed ikun hawn element qawwi ta’ estremiżmu li fil-maġġoranza taċ-ċirkustanzi din qed toħloq aktar u aktar konflitt bejn numru ta’ popli, bil-liġi internazzjonali mhux dejjem tkun ġusta lejn kull nazzjon.L-Isfidi tas-Sigurtà fir-Reġjun tal-Mediterran huma bħal ħafna xogħlijiet fuq ir-reġjun – deskrittivi ħafna u analitikament irqaq u għalhekk il-President ta’ Malta qal li żgur mhux forsi kull min għandu interess biex jistudja dan, se jkollu litteralment baħar enormi x’jimraħ fiħ.