Lokali Qorti

L-Imħallef Emeritu Antonio Mizzi maħtur Kummissarju tal-Liġijiet

Il-Gvern ħatar lill-Imħallef Emeritus Antonio Mizzi bħala Kummissarju tal-Liġijiet b’effett mill-1 ta’ Ġunju. Dan wara li l-avukat Franco Debono kien informa lill-Gvern illi ma xtaqx li l-kuntratt jiġi mġedded.

Fi stqarrija uffiċjali l-Gvern qal li din il-ħatra hija għal perjodu ta’ sena, liema perjodu jista’ jiġġedded.  

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Liġijiet huwa mwaqqaf skont l-Att tal-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-Liġijiet Statutorji u l-għanijiet tal-Kummissarju tal-Liġijiet huma varji u jassiguraw leġiżlazzjoni aħjar u iktar korretta.