Il-mixja tal-Italja lejn is-semifinali ħadet skoss qawwi wara li kienu megħluba mill-Polonja 1-0 fi Stadio Renato Dell’Ara. Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fl-40 minuta meta free-kick kien imxellef u spiċċa fid-direzzjoni ta’ Krystian Bielik li b’xutt fil-baxx għeleb lil Alex Meret li mess il-ballun iżda bl-għajnuna tal-wieqfa daħal fix-xibka.
It-Taljani kienu ħasbu li ġabu d-draw qabel tmiem l-ewwel taqsima b’xutt fil-baxx ta’ Riccardo Orsolini iżda l-gowl ġie mħassar b’konsultazzjoni mal-VAR minħabba offside taż-żagħżugħ Taljan.
Fit-tieni taqsima l-Italja attakkat biex tal-anqas iġġib il-gowl tad-draw u saħansitra laqtu l-lasta kwarta mit-tmiem b’xutt ta’ Lorenzo Pellegrini. L-Italja tilgħab l-aħħar logħba kontra l-Belġju u trid rebħa bilfors biex tibqa’ b’ċans li tavvanza mal-aħħar erbgħa.
L-Ispanjoli għelbu lill-Belġju 2-1 biex b’hekk il-Belġjani huma eliminati. Daniel Olmo fetaħ l-iskor wara seba’ minuti meta rċieva kross ta’ Carlos Soler u skorja b’xutt fir-rokna xellugija. Il-Belġjani ġabu d-draw fl-24 minuta meta minn korner Sebastiaan Bornauw ħa vantaġġ minn indeċiżjoni tal-gowlkiper Antonio Sivera u skorja.
Il-gowl importanti li ta r-rebħa lil Spanja wasal fid-89 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ Pablo Fornals li spiċċa fir-rokna tax-xibka.
//= $special ?>