Maltco Lotteries ippreżentaw kontribuzzjoni ta’ €50,000 lill-Gvern. Din il-kontribuzzjoni se tintuża biex tappoġġja finanzjarjament il-kawża tal-Fondazzjoni tal-Logħob Responsabbli sabiex toħloq aktar kuxjenza dwar il-logħob tal-azzard eċċessiv f’Malta filwaqt li tipprovi l-appoġġ u gwida lill-ġudikaturi bi problemi ta’ logħob eċċessiv.
Waqt konferenza tal-ahbarijiet ġie spjegat kif bosta drabi dawk li jaqgħu fil-vizju tal-logħob tal-azzard ikunu żgħażagħ jew anzjani li għandhom livell sekondarju ta’ edukazzjoni u li jkollhom biss impjieg part-time jew ikunu għadhom studenti. Ħafna drabi kważi 3% ta’ dawk li jilgħabu jispiccaw f’dan il-vizzju.
Il-Kap Ezekuttiv tal-Maltco, Vasileios Kasiotakis stqarr li matul l-operazzjonijiet ta’ kuljum il-kumpanija tadotta l-Prinċipji tal-Logħob Responsabbli għal ġid tal-ġukaturi.
Shawn Zammit il-maniġer tal-Fondazzjoni tal-Logħob Responsabbli ħeġġeġ biex dawk li jkunu jridu għajnuna illi jistgħu jagħmlu dan billi jċemplu 1777. Dan l-istess call centre issa beda jopera fuq bazi ta’ 24 siegħa flimkien ukoll ma’ sit elettroniku u anke fuq iċ-chatline.
//= $special ?>