Lokali

Mara tqila tinqabad fit-traffiku…il-Pulizija kienu l-eroj tagħha

Koppja li inqabdu fit-traffiku waqt li kienu fi triqithom lejn l-isptar biex il-mara twelled it-tarbija tagħha tista’ tqis ruħha bħala fortunata meta sabet l-għajnuna ta’ uffiċjal tal-Pulizija mis-Sezzjoni tat-Traffiku.

Il-każ żviluppa dalgħodu fis-6:30am meta l-uffiċjal kien fi triqtu biex jibda l-ġurnata tax-xogħol tiegħu. Meta wasal fi Triq Frangisku Pisani l-Mosta hu ltaqa’ ma sitwazzjoni mhux tas-soltu – mara tqila li kienet waslet għall-ħlas, u li spiċċat mar-raġel tagħha maqbuda fit-traffiku.

F’dak il-ħin l-uffiċjal tal-Pulizija ċempel għall-għajnuna, u dlonk il-koppja ġiet skortata lejn l-Isptar Mater Dei. Il-Pulizija skorthom bil-mutur personali tiegħu, sakemm iltaqa’ mal-kollega l-ieħor fuq il-mutur tal-Korp.

Din l-istorja li xxandret fuq il-paġna tal-Korp tal-Pulizija ġibdet ammirazzjoni minn bosta.