Tfajla sofriet xi ġrieħi hekk kif għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha u ħabtet f’konka tal-konkrit li ddawwar siġra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:45 faċċata tal-magħluq, f’Marsaskala. Immedjatament numru ta’ persuni li kienu fl-inħawi taw l-ewwel għajnuna lit-tfajla, sakemm fil-post wasal tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, bil-kundizzjoni tat-tfajla li għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>

