
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia llum attenda għas-summit tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) li sar fi Brussell. Dan kien summit importanti ħafna għall-PPE għaliex iservi ta’ tħejjija għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li ser issir illum u għada.
Adrian Delia qal li jeħtieġ li l-Unjoni Ewropea toqrob aktar lejn in-nies sabiex tirrifletti aktar l-ħtiġijiet taċ-ċittadini Ewropej.

Adrian Delia qal li Manfred Weber huwa l-għażla tal-Ewropej għaliex n-nies għażlu lill-Partit Popolari Ewropew fl-aħħar elezzjonijiet Ewropej. Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista li dejjem serva bħala l-leħen tal-poplu, qiegħed jappoġġja lil Manfred Weber għall-kariga ta’ President tal-Kummisjoni Ewropea.
Għas-summit tal-lum li sar fi Brussell attendew il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani, il-President tal-PPE Joseph Daul, il-kandidat tal-PPE għall- Presidenza tal-Kummissjoni Ewropea Manfred Weber, is-Segretarju Ġenerali tal-PPE Antonio Lòpez-Istùriz, il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel, il-Kap tal-Oppożizzjoni Griek Kyriakos Mitsotakis, Silvio Berlusconi u mexxejja oħra Ewropej.
Għal dan is-summit, il-Kap tal-PN Adrian Delia kien akkumpanjat mis-Segretarja Internazzjonali tal-PN Roselyn Borg Knight.