– kien dan il-kliem tal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-affarijiet tal-Parlament, David Agius fil-konfront tal-Ministru u eks viċi kap tal-PN, Tonio Borg, li ndirizza lill-Assoċjazzjoni Penzjonanti Anzjani Nazzjonalisti – APAN f’waħda minn serie ta’ laqgħat li jsiru regolarment f’din l-assoċjazzjoni.
Intervistat minn Pio Dalli, Tonio Borg ħares lura lejn il-karriera politika tiegħu fejn primarjament qal x’tgħallem tul is-snin. Tonio Borg semma kemm hi mportanti r-responsabilità kollettiva u kemm hu tajjeb li kulħadd ikollu opinjoni differenti sakemm il-priċipji jinżammu bħala bażi.
Pio Dalli staqsa wkoll dwar il-kitba ta’ Tonio Borg fejn apparti li qal li ser ikun qed joħroġ ktieb ġdid f’Novembru li ġej, tkellem dwar il-kitba tiegħu fuq il-politika…. fosthom mumenti umoristiċi li niżlu tajjeb ma’ dawk preżenti għal din il-laqgħa.

David Agius kellu kliem ta’ tifħir fil-konfront ta’ Tonio Borg fejn irringrazzjah għax-xogħol li wettaq fil-PN filwaqt li qal li kien persuna li qatt ma qata’ qalbu u li kien għalekk li wasal fejn wasal fil-politka. Il-viċi kap tal-PN saħaq li tgħallem ħafna m’għand Tonio Borg…illi tul il-karriera tieghu serva wkoll bhala Kummissarju Ewropew.

David Agius indirizza direttament lil dawk preżenti fejn saħaq fuq l-importanza li ma ninsewx x’għamel il-PN tul il-140 sena tiegħu u li l-APAN għandha rwol li tfakkar x’wettaq il-PN.



