Jeremy Hunt ser ikun qed iħabbatha ma’ Boris Johnson fit-taqtiegħa għat-tmun tat-tmexxija tal-Partit Konservattiv Brittaniku u sussegwentament għall-pożizzjoni ta’ Prim Ministru tar-Renju Unit.
Dan hekk kif Michael Gove ġie eliminat fl-aħħar elezzjoni interna li kellhom it-Tories wara li ġab 75 vot – żewġ voti inqas minn Hunt li akkwista 77 vot.
Dan ifisser li Johnson qed jiġi kkunsidrat bħala l-favorit assolut li jilħaq flok Theresa May wara li kiseb xejn inqas minn 160 vot mill-Membri Parlamentari Konservattivi.
Għaldaqstant mal-160,000 membri tal-Partit tat-Tories ser ikunu qed jivvotaw għaż-żewġ kandidati – bir-rebbieħ isir magħruf nhar it-22 ta’ Lulju.
//= $special ?>

