Is-Suq tal-Bdiewa f’Ta’ Qali aktar ma jgħaddi z-zmien aktar qed inaqqas mill-popolarità tiegħu minħabba regoli li mhux jinbidlu – u li ħtija tagħhom qed ibatu l-bdiewa u r-raħħala.
netnews.com.mt hu nfurmat li kulħadd jista’ jbigħ biss prodotti li għandu permess ibigħ – prodotti li wħud minnhom mhux jinstabu f’dan l-istess suq.
Dan qed iwassal biex konsumatur li jmur jixtri minn dan is-suq jispiċċa ma jkunx jista jagħmel xirja kompluta, u għalekk qed idur għal alternattivi oħra bħal supermarkets fejn ikun jista’ jinqeda’ b’kollox.
Meta tkellimna mal-bdiewa, ġejna nfurmati li meta saħansitra pruvaw jixtru prodotti huma… bħal bajd tat-tiġieġ – biex ibiegħu lil konsumatur – ġew imwaqqfa milli jagħmlu dan minħabba nuqqas ta’ permessi.
Il-bdiewa qalulna illi minn għandu permessi biex ibigħ prodotti speċifiċi ġieli mhux ikun preżenti fis-suq u għalekk huma staqsew għal laqgħa man-nies konċernati madwar xahrejn ilu… laqgħa li qatt ma saret.
Tkellimna mal-kelliem tal-Oppozizzjoni għas-self-empoyed, negozji zgħar, ko-operattivi, biedja u sajd, Edwin Vassallo li qalilna li jekk hemm regolamenti li m’humiex jgħinu lill-bdiewa u lill-konsumatur, għandhom jiġu mbiddla mill-aktar fis possibli biex l-impjieg f’dan is-settur ma jmurx minn taħt.
Is-Suq tal-Bdiewa, fuq bosta ġranet, qed ikollu nuqqas ta’ bejjiegħha ta’ fjuri, bajd tat-tiġieġ u anke gabbani tal-ikel kif nafuh li kien ikollu meta kien infetaħ originarjament.
//= $special ?>
