L-eżamijiet tal-aħħar tas-sena fl-MCAST, spiċċaw il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju u filwaqt li r-riżultati għadhom ma ħarġux kollha, l-istudenti ġew infurmati li kull resit li se jkollhom bżonn jagħmlu, ser ikunu qed isiru mit-Tnejn li ġej u jridu jsiru kollha f’ġimgħa.
Tkellmu ma’ netnews.com.mt studenti mid-dipartiment tal-Inġinerija u Trasport fejn stqarru li hu mpossibli li tiprepara u tagħmel numru ta’ eżamijiet f’temp ta’ ġimgħa meta ma jeżiżtix syllabus jew past-papers.
Dan is-sit hu nfurmat li din id-deċiżjoni ittieħdet biex l-għalliema jkollhom ċans jikkoreġu l-karti kollha sa qabel it-30 ta’ Ġunju qabel ma jibda s-Sajf għaliex fil-passat, meta resits kienu aktar tard – bħal ma huma f’oqsma oħra tas-sistema tal-edukazzjoni f’Malta – l-għalliema ma kienux qed ilaħqu jikkoreġu.
L-istudenti li tkellmu magħna qalulna li hemm każijiet fejn student/a jista’ jkollhom sa 6 resits li jridu jagħmlu f’temp ta’ ħamest ijiem fejn kull eżami jirrikjedi li wieħed jistudja noti ta’ sena skolastika sħiħa, anke jekk hemm riżultati li għadhom ma ħarġux li għalihom jista’ jkun hemm eżami sa mit-Tnejn li ġej.
Din is-sitwazzjoni diġa’ ġrat is-sena li għaddiet u l-ebda azzjoni baqgħet ma ttieħdet.
//= $special ?>