Propjetà waħda, €70,000 fil-bank u self ta’ €120,000 mal-bank. Din hi bażikament id-dikjarazzjoni tal-assi kollha ta’ Joseph Muscat. Dikjarazzjoni li baqgħet pratikament l-istess fis-6 snin li ilu Prim Ministru.
Dikjarazzjonijiet oħra juru fost l-oħrajn li l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna iddikkjara l-akbar numru ta’ assi fej minbarra l-propjtajiet, iddikkjara li għandu iktar minn €700,000 il-bank, minbarra bosta shares fosthom €152,000 f’bonds tal-Gvern. Hu ddikkjara wkoll paga ta’ €63,000 fis-sena bħala Ministru u kważi €53,000 f’pensjonijiet varji.
Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne iddikkjara li għandu 2 propjetatjiet u garage. Assi oħra jinkludu €280,000 f’bonds, u ftit iktar minn €100,000 il-bank f’joint accounts.
Chris Cardona ddikkjara li ghandu zewġ propjetajiet. Il-Ministru tal-Ekonomija ddikkjara li għandu wkoll 25% tax-shares ta’ kumpanijia privata kif ukoll €135,000 il-bank u €10,000 fis-sena dħul minn kiri. Hu qal li għandu loan ta’ €375,000.
Id-dikjarazzjoi tal-assi tal-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi tgħid li għandu żewġ propjetajiet – waħda f’Tas-Sliema u oħra f’Londra. Konrad Mizzi ddikjara wkoll €230,00 fil-bank u 4000 share fl-MIA. Hu għandu €297,000 fi djun mal-bank.
Owen Bonnici għandu 2 propjetajiet fil-Belt Valletta u madwar €8,000 il-bank. Il-Ministru tal-Ġustizzja ddikjara €130,000 fi djun.
8 propjetajiet huma mnniżżla fuq id-dikjarazzjoni tal-Ministru tal-Ambjent. Jose Herrera ddikkjara madwar €275,000 fil-bank.
Minn naħa tiegħu, il-Ministru tal-Infratruttura Ian Borg iddikkarja li ghandu 5 propjetajiet u €23,000 il-bank filwaqt li għandu €300,000 fi djun.
//= $special ?>