Parlament

Gvern irresponsabbli mal-bdiewa

  • Edwin Vassallo, PN

Id-deputat Nazzjonalista EdwinVassallo qal li l-mod kif il-gvern ivvota somma baxxa biex jgħin lill-bdiewa li ġarrbu ħsarat fis-serer tagħhom kaġun tal-aħħar maltempata kbira fix-xitwa li għaddiet juri kemm dan hu gvern irresponsabbli mal-bdiewa.

Fl-Aġġornament tal-parlament Edwin Vassallo qal li l-gvern kien se jgħin lill-bdiewa b’45% iss tal-ispejjeż li huma ġarrbu fis-serer li kompla li din mhix ammont ġust għaliex il-bdiewa llum jisnabu fi stat diffiċli minħabba li d-dħul tal-bdiwa qed jonqos kull sena. Qed jonqos ukoll in-numru ta’ bdiewa bil-konsegwenza li l-pajjiż jista’ jitlef is-settur tal-biedja. Minkejja din is-sitwazzjoni prekarja ta’ settur żgħir, il-gvern jiddeċiedi li jgħin bil-ftit wisq.

Mhux ġust li hawn gvern li jitratta lin-nies li fejn irid hu jgħid li għandu surplus iżda ma’ min irid jgħix fir-realtà tad-deficit. Mal-bdiewa din mhix ġustizzja. Hu qal li l-vgern poġġa kundizzjonijiet fl-applikazzjoni li setgħet saret impossibbli għall-bdiewa biex jiedħu l-assistenza.

Id-deputat nazzjonalista qal li l-kundizzjonijiet biex l-għajnuna tintlalab huma diffiċli fosthom li jkun hemm ċeritikazzjoni ta’ tabib. Il-gvern kompla jsib il-komplikazzjonijiet tant li l-bdiewa qed jgħidu li din l-applikazzjoni hi agħar mill-maltempata.

Għall-Gvern il-bdiewa huma insinifikanti, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-gvern iddeċieda li n-nefqa massima tkun €3.5 miljun. Din hi nefqa baxxa wisq. Jekk jintilef is-settur tal-biedja l-pajjiż ikun tilef is-sors ewlieni tal-ikel frisk fil-pajjiż.

Edwin Vassallo kompla billi akkuża lill-gvern li b’irresponsabbiltà ma jwettaqx u ma refax ir-responsabbiltà tiegħu biex jgħin lil min tassew fil-bżonn fejn il-gvern kien ħali ma min jiflaħ iżda ma jgħinx lil min kien fil-bżonn. Hu qal li din mhix ġustizzja u għażel li jkun xħiħ ma min hu l-aktar fil-bżonn.