Raġel ta’ 64 sena, li huwa pilota ġie arrestat mill-Pulizija Ngliża fuq suspett ta’ qtil involontarju fil-każ ta’ Emiliano Sala, li miet wara li ġġarraf l-ajruplan li kien fuqu f’Jannar li għadda. Sala tilef ħajtu flimkien mal-pilota David Ibotsson.
Ir-raġel li ġie nterrogat mill-Pulizija huwa David Henderson, li mill-interogazzjoni rriżulta li kellu jkun hu li jieħu lill-plejer lejn Wales, imma minflok qabbad lil Ibottson, li lanqas biss għandu liċenzja li jtajjar ajruplan matul il-lejl.
L-attakkant Sala ta’ 28 sena kien iffirma diġa ma’ Cardiff City, iżda mar lura lejn it-Tramuntana ta’ Franza biex jieħu lejn ir-Renju Unit il-bżonnijiet tiegħu u anke jsellem lil ħafna ħbiex li kellu f’Nantes, it-tim li miegħu kien jilgħab fi Franza.
Il-familji ta’ Sala u Ibottson ġew infurmati mill-Pulizija Ngliża fuq dan l-iżvilupp ġdid. Sala u l-pilota kienu fuq l-ajruplan Piper Malibu fil-21 ta’ Jannar li għadda fejn f’ħin minnhom dan għeb mir-radar.
Huwa ntilef mill-air traffic control ta’ Guernsey. Il-kadvaru ta’ Sala nstab fit-tifrik tal-ajruplan fi Frar, imma l-katavru ta’ Ibottson baqa’ ma nstabx. It-tfittxija kienet se tiġi sospiża minħabba li ma kienx qed jinstab ħjiel ta’ fejn kien iġġarraf l-ajruplan.
Grazzi għal ħafna organiżazzjonijiet li għandhom x’jaqsamu mal-futbol l-għajnuna fit-tfittxija kibret. Fost dawk li għenu, anke finanzjarjament kien hemm ukoll l-istillel Lionel Messi u Kylian Mbappe.
Hija l-Pulizija ta’ Dorset li qed tinvestiga l-każ bl-Ispettur Simon Huxter jgħid li huwa qed jaraw jekk hemmx provi biżżejjed biex il-każ jispiċċa fil-Qorti. Is-suspettat Dabid Henderson huwa mit-Tramuntana ta’ Yorkshire u mill-provi li għandhom il-Pulizija f’idejhom sa issa l-akkużi jistgħu jkunu dik ta’ qtil involontarju li sar b’att kontra l-liġi.
L-Ispettur Huxter filwaqt li kkonfemra li Henderson ġie rilaxxat , xorta waħda għadu taħt investgazzjoni. Huwa appella biex il-pubbliku u l-medja ma tkomplix tispekula dwar il-każ, għax dan jista’ jikkomprometti l-investigazzjoni.
Kien l-espert David Mearns li sab l-ajruplan taħt l-ilma fit-3 ta’ Frar li għadda, 220 pied fil-qiegħ taċ-Channel Ingliż. Kienet inġabret is-somma ta’ €371,000 li għenet biex jiġi allokat l-ajruplan.
//= $special ?>