Lokali

Il-Pulizija qed tfittex tliet irġiel

Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku sabiex tgħin tfittex lil tliet irġiel, Srdjan Dragic, Milos Markovic u Ivan Bozic.

Skont il-Pulizija, l-irġiel kollha msemmija jiffrekkwentaw l-akwati ta’ Qbajjar, Marsalforn limiti ta’ Żebbuġ, Għawdex.

Il-Pulizija qed tappella biex kull min għandu kwalunkwe tip t’informazzjoni dwar dawn il-persuni jagħmel kuntatt magħha, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 21 224001 jew 119.