Għawdex Lokali

Is-sitwazzjoni fit-triq tad-Dwejra qed toħloq periklu kbir

"Fin-nofs hemm is-saħħa tan-nies" - Noel Formosa

L-ilma fit-triq li minn San Lawrenz twassal għad-Dwejra għadu ħiereġ u kollox baqa’ kif kien – dan qed joħloq periklu kbir. Hekk stqarr is-Sindku ta’ San Lawrenz f’kumment li poġġa’ fuq Facebook kmieni dalgħodu.

Noel Formosa tefa’ ukoll numru ta’ ritratti li juru s-sitwazzjoni, u kif din baqgħet ma ġietx indirizzata.

“Din hija t-Triq tad-Dwejra! L-ilma għadu ħiereġ! Għal dawn l-aħħar snin il-Kunsill għal ghexieren ta’ drabi ġibed l-attenzjoni tal-awtoritajiet u kollox baqa’ kif kien! Hemm is-saħħa tan-nies fin-nofs. Dan qed joħloq periklu kbir. Il-Kunsill ser ikompli ‘jdejjaq’ biex fl-aħħar in-nies ikunu siguri.”