Lokali

AĠĠORNATA: Jinstab bla ħajja r-raġel irrappurtat nieqes

Instab mejjet id-Daniż ta’ 53 sena li kien ilu rrapportat nieqes mill-5 ta’ Ġunju.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-katavru ta’ Allan Hartmann-Jensen instab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni f’garaxx fi Triq il-Baħħara, San Pawl il-Baħar ilbieraħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar

Minkejja li l-vittma kien ilu rrapportat nieqes għal dawn l-aħħar gimgħatejn, huwa kien ilu ma jidher sa mill-aħħar ta’ Mejju.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex tiġi stabbilita d-dinamika tal-każ filwaqt li mistennija ssir awtopjsa fuq il-katavru tar-raġel.