Sa Mejju ta’ din is-sena diġa’ qbiżna l-livell ta’ inflazzjoni li kellna fl-2018 bħala sħiħa.
Skont l-aħħar ċifri maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), f’Mejju f’pajjiżna, l-ikel għola bi kważi 5% meta kkumparata ma’ Mejju tal-2018, bl-ispejjeż marbuta mal-housing jgħolew bi 2.44%.
L-istess uffiċċju llum ippubblika statistika li turi li l-prezzijiet tal-ikel u x-xorb mhux alkoħoliku huwa 12% għola minn dawk fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, bil-ħobż u ċ-ċereali 11% għola, il-ħalib, ġobon u bajd 17% għola u x-xorb alkoħoliku 9% għola. L-unika żewġ affarijiet fil-lista li huma ftit irħas mill-medja Ewropea huwa l-laħam li qiegħed 2% irħas u t-tabakk qiegħed 6% irħas.
Dawn iċ-ċifri ma jikkomparaw bl-ebda mod mal-medja tal-paga ta’ pajjiżna meta mqabbel ma’ dik tal-pajjiżi l-oħra fl-Unjoni Ewropea. Il-paga minima f’pajjiżna hi ta’ €762 mentri dik medja fl-Unjoni Ewropea hi kważi d-doppju, jiġifieri ta’ €1,450.
//= $special ?>