Kultura Lokali Mużika

Lejla ta’ Jazz fit-Teatru Manoel

Doctor 3

Fis-27 ta’ Ġunju, l-Istitut tal-Kultura Taljan b’kollaborazzjoni mat-Teatru Manoel, ser ikunu qed jorganizzaw kunċert fuq stil Jazz sajfi li bieh jagħlqu l-istaġun tal-Ambaxxata Taljana.

F’dan il-kunċert ser jieħdu sehem Doctor 3 – Danilo Rea (pjanu), Enzo Pietropaoli (bass) and Fabrizio Sferra (drums) – it-tliet darbiet rebbieħ tal-Musica Jazz’s Best Italian Jazz Group of the Year.

Doctor 3 esperjenzaw suċċess kbir sa mill-bidu tagħhom li jmur lura 11-il sena fejn fost oħrajn rebħu bosta premjijiet – Best Jazz Album – fis-snin 1998, 1999 u 2001. Din il-band irċeviet ukoll reazjonijiet pożittivi minn madwar l-Ewropa, l-Amerika, iċ-Ċina, il-Brażil u l-Afrika ta’ Fuq.

L-istil tagħhom hu wieħed partikolari ħafna, wieħed li żgur jolqot il-gosti ta’ kulħadd.

F’dan il-kunċert, Doctor 3 ser ikunu qed jikkumbinaw mużika minn ‘Mancini’, ‘Berlin’, ‘Cohen’ u ‘The Beatles’ fost oħrajn.

Kunċert li qed jiġi deskritt bħala l-mogħod perfett biex tibda is-Sajf.

Dan kollhu jibda fid-9PM – għal aktar informazzjoni u biljetti – www.teatrumanoel.mt – (+356) 21246389