Mara ta’ 55 sena residenti l-Ħamrun ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li ntlaqtet minn vettura fi Triq Joe Sciberras, fil-Ħamrun stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:30 meta l-mara ntlaqtet minn vettura tat-tip Seat Ibiza ta’ lewn iswed. Il-vettura kienet qed tinstaq minn mara ta’ 63 sena residenti s-Swieqi.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura. Is-sewwieqa tal-vettura, għalkemm ma sofrietx ġrieħi, dehret fi stat ta’ xokk.
Il-kundizzjoni tal-vittma għad mhix magħrufa.