Thiago Brito li matul l-istaġun li għadda lagħab għal Birkirkara jinsab f’qagħda serja wara inċident tat-traffiku fil-Brażil li fih mietet martu u n-neputija.
Brito, li kien f’pajjiżu għall-vaganzi, kien f’vettura misjuqa minn oħt il-mara tiegħu li kellha impatt ma’ trakk. Dan bil-konsegwenza li l-vettura tagħhom inqalbet bit-trakk jaqa’ fuqhom.
Thiago Brito de Souza ngħaqad ma’ Birkirkara fil-bidu tal-istaġun li għadu kif jispiċċa fejn iddebutta għalihom fis-17 ta’ Awwissu, 2018, fir-rebħa ta’ 1-0 fuq Balzan. B’kollox huwa lagħab 13-il partita b’ħin effettwat ta’ 723 minuta.


