SAN ĠILJAN TUM INVEST…… 16 BIRŻEBBUĠA FREEPORT…….. 7
(4-1), (4-2), (1-1), (7-3)
Kif mistenni waslet it-tieni rebħa ta’ San Ġiljan TUM Invest. Ir-rebħa għall-Ġiljaniżi waslet mingħajr wisq tbatija iżda dan ma jnaqqasx il-mertu ta’ Birżebbuġa Freeport li taw dak li setgħu u ma kinux umiljati minn avversarji ħafna aħjar minnhom.
San Ġiljan għollew il-livell tagħhom mill-ewwel sessjoni b’erba’ gowls konsekuttivi skorjat minn doppjetta ta’ Niksa Dobud, Dino Zammit u Guillermo Molina. L-andament tal-logħba baqa’ fuq l-istess ritmu, biż-żagħżugħ Ben Plumpton jiskorja doppjetta fit-tieni sessjoni. Il-Ġiljaniżi daħlu jistrieħu 8-3 minn fuq.
Għalkemm id-distakk ma kienx enormi, kien komdu biżżejjed biex il-kowċ Marko Orlovic seta’ jagħmel ir-rotazzjoni meħtieġa biex jagħti aktar spazju li ż-żgħażagħ fit-tim. Kai Dowling skorja għal San Ġiljan u Antonio Petkovic wieġeb għal Birżebbuġa fis-sessjoni.
Fl-aħħar sessjoni, San Ġiljan reġgħu żiedu l-livell tagħhom, bis-seba’ gowls jaslu minn sitt plejers differenti. Matthew Zammit irnexxielu jsib ix-xibka minn penalty filwaqt li spikka push shot mill-isbaħ taż-żagħżugħ Jake Bonavia.
San Ġiljan: J. Tanti, B. Grech, A. Galea, N. Dobud (4), G. Molina (4), M. Zammit (2), B. Plumpton (3), K. Dowling (1), T. Said (1), Da. Zammit, P. Fava, Di. Zammit, T. Micallef, J. Bonavia (1), A. Saliba
Birżebbuġa: A. Bugeja, M. Borg, N. Cassar, D. Pace Lupi, C. Mifsud, A. Petkovic (4), S. Vassallo, D. Cutajar (1), J. Bajada, M. Cutajar, B. Lorincz (1), M. Ortoleva, D. Spiteri, R. Spiteri
Referees: Stefan Licari, Luca Bianco
//= $special ?>