Iċ-champions Maltin Birkirkara telgħu fi Grupp 10 fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League li se ssir bejn is-7 u t-13 ta’ Awwissu fil-Litwanja. L-avversarji tagħhom huma Gintra Universitetas tal-Litwanja, Vllaznia tal-Albanija u Wexford Youths tal-Irlanda fil-poloz li telgħu fil-kwartieri tal-UEFA f’Nyon.
Birkirkara se jkunu qed jilagħbu l-logħbiet tagħhom fis-7 ta’ Awwissu, tlett ijiem wara u t-tielet logħba tintlagħab fit-13 ta’ Awwissu. B’kollox hemm 10 gruppi, bir-rebbieħ ta’ kull grupp jingħaqad mat-22 tim l-ieħor li diġà jinsabu fil-fażi tal-aħħar 32. F’din l-edizzjoni hemm rekord ta’ 62 tim parteċipant.
Il-Karkariżi se jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni minħabba li rebħu l-kampjonat Malti għal staġun ieħor. Fl-istaġun li għadda, Birkirkara kienu kisbu l-ewwel punt fl-istorja tagħhom fil-UEFA Champions League wara draw ta’ 2-2 kontra Cardiff Mett FC. Huma kienu saru t-tieni tim li għamel dan wara li Hibernians kienu għamlu dan fl-istaġun 2015/2016.
//= $special ?>