Il-Ġimgħa filgħaxija tnieda l-ktejjeb ‘In This Together’ li jitfa’ dawl fuq l-esperjenzi ta’ sitt nisa kif ukoll ta’ madwar 114-il mara li jgħixu jew għexu f’istituzzjonijiet bħal shelters u open centres fil-gżejjer Maltin. Nisa kellhom jitilqu minn darhom minħabba vjolenza domestika jew biex jaħarbu mill-perikli tal-gwerra u persekuzzjoni f’pajjiżhom.
“In This Together” huwa riżultat ta’ proġett ta’ empowerment u advocacy li ġie implimentat mis-Servizz tal-Ġiżwiti mar-Refuġjati f’Malta (JRS Malta) f’kollaborazzjoni mal-Women’s Rights Foundation (WRF). Dan il-proġett, bl-isem ta’ Stronger Together, ġie iffinanzjat mill-Commonweath Foundation, u ġab flimkien nisa minn backgrounds differenti: immigranti, persuni li jfittxu l-ażil u vittmi ta’ vjolenza domestika, kemm Maltin kif ukoll barranin.
L-għan aħħari ta’ dan il-proġett kien li jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja ta’ dawn in-nisa li qed jgħixu f’dawn l-istituzzjonijiet, billi jintlaħħqu l-policymakers u l-pubbliku in ġenerali, u tiżdied il-kuxjenza fuq ir-realitajiet diffiċli u l-isfidi li jridu jaffaċjaw dawn in-nisa u jiġi megħlub is-sens ta’ nuqqas ta’ poter u ta’ tama.
Barra minn hekk, permezz tal-kollaborazzjoni bejn is-Servizz tal-Giżwiti mar-Refuġjati u l-Women’s Rights Foundation, “In This Together” iwessa’ l-iskop ta’ attivitajiet ta’ advocacy li saru fil-passat, billi jiffoka fuq l-isfidi u l-ostakli li jaffaċċjaw in-nisa kollha li jgħixu f’dawn it-tip ta’ istituzzjonijiet, u mhux esklussivament fuq l-isfidi li jaffaċċjaw grupp partikulari ta’ nisa.Ir-riżultati ta’ dan il-proġett isaħħu t-twemmin tagħna fl-importanza li titkompla l-ġlieda biex tinstab soluzzjoni għall-problemi komuni li jaffaċċjaw dawn in-nies.
//= $special ?>
