Lokali

Inċident f’Wied il-Għajn – 4 persuni jittieħdu l-isptar

4 persuni ddaħħlu l-isptar għal kura wara inċident tat-traffiku li seħħ ftit wara t-8p.m.

Fi stqarrija l-pulizija qalu li l-ħabta ‘head-on’ seħħet fi Triq id-Daħla ta’ San Tumas, fl-akwati ta’ Wied il-Għajn.

Fil-karozza tal-għamla Maruti 800, li kienet qed tinstaq lejn il-Bajja ta’ San Tumas, kien hemm sewwieq Taljan ta’ 34 sena li joqgħod Marsaskala, mara ta’ 35 sena u raġel ieħor ta’ 34 sena, it-tnejn Taljani u residenti Marsaskala. tliet Taljani li kienet qed tinstaq lejn il-Bajja ta’ San Tumas.

Fil-karozza l-oħra tal-għamla Honda Civi kien hemm sewwieq Malti ta’ 20 sena minn Marsaxlokk, li kien qed isuq lejn iż-Żejtun.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lil dawk involuti fl-inċident. Fuq il-post marru żewġ ambulanzi flimkien ma’ tim mediku li ħadu lill-midruba l-isptar.

Ix-xufier Taljan weġġa’ gravi, hekk kif sofra xi ksur f’saqajh, bit-tliet persuni l-oħra sofrew ġrieħi ħfief.

It-triq li tagħti bejn iż-Żejtun u Wied il-Għajn ingħalqet għat-traffiku. Rapport tal-inċident tħejja mill-Pulizija tad-Distrett.