Lokali

Ir-raġel ta’ Helena Dalli jeħodha kontra s-Sindku ta’ Wied il-Għajn

F’post fuq Facebook ir-raġel ta’ Helena Dalli ħadha qatta’ bla ħabel kontra s-Sindku ta’ Wied il-Għajn Mario Calleja. F’kummenti li għadda b’referenza għal inċident li seħħ tul dan il-lejl huwa qal li ilu jgħid lill-istess Sindku 15-il sena, b’dan anzi flok jirreaġixxi favur dak li kien qed jgħidlu Dalli, jagħmel litteralment il-kontra.

Huwa sostna li anki Tranpsort Malta kienu ħassew il-ħtieġa li ssir xi ħaġa hemm, u infatti fi 3 episodji differenti għamlu l-isleeping policeman.

Dalli qal li f’din it-triq mietu u weġġgħu n-nies, fejn anki lilu sarulu ħsarat fuq ħames vetturi. Hawn staqsa fuq kemm irid lapidi mal-ħajt biex is-Sindku jikkonvinċi ruħu li hemm bżonn issir xi ħaġa biex jitnaqqas il-periklu.

Huwa għalaq billi qal li jistenna tweġiba minn Mario Calleja.