Sport

Issir iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tal-Logħob Ewropew f’Minsk

(Ritratt: EPA)

Illum fid-Dinamo Stadium saret iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ tat-tieni edizzjoni tal-Logħob Ewropew li din is-sena qed isiru f’Minsk. Erba’ snin wara l-ewwel edizzjoni f’Baku l-Ażerbajġan, din iċ-ċerimonja wkoll kienet mill-isbaħ bi spettaklu ta’ logħob tan-nar iżda wkoll b’diversi koreografiji li jagħtu indikazzjoni pożittiva li din l-edizzjoni tista’ tkun ta’ suċċess.

Malta tinsab rappreżentata minn erba’ atleti, bit-tiratriċi Eleanor Bezzina ġġorr il-bandiera Maltija fiċ-Ċerimonja tal-Ftuħ. Is-Sibt filgħodu tkun involuta t-tiratriċi Mikaela Galea fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tat-trap kif ukoll il-judoka Jeremy Saywell fil-kategorija ta’ taħt is-66 kilo.