Lokali Mużika

Kurt Anthony bi dwett impekkabbli ma’ Kelly Moncado

Kurt Anthony, artist Malti ta’ 25 sena bbażat f’Malta u l-Ingilterra li rajna fl-ewwel staġun tal- X Factor Malta, għadu kemm nieda vidjo mużikali tal-kanzunetta rebbieħa tal-Eurovision Song Contest 2019 ‘Arcade’ – oriġinarjament interpretata mill-Olandiż Duncan Laurence.

Kelly Moncado Rizzo, artista oħra li saħħret lil kulħadd bil-vuċi tagħha fl-X Factor u li kisbet diversi suċċessi oħrajn fl-Italja u internazzjonalment, akkumpanjat lil Kurt tul il-kanzunetta. Ħafna kkummentaw li jifformaw dwett mill-isbaħ flimkien u  li jistennew iktar mużika minn dawn iż-żewġ artisti b’vuċijiet tant uniċi.

Dil-kanzunetta ġibdet l-attenzjoni tal-pubbliku f’qasir ħin minħabba l-fatt illi ġiet prodotta bi stil ferm ġdid mill-verżjoni oriġinali li rebħet il-Eurovision Song Contest f’Mejju li għadda.

Biex taraw il-video ta’ dan id-dwett, tistgħu tidħlu hawn:https://m.facebook.com/story.php?story_fbid=10156752352403462&id=597483461