Futbol Sport

L-Urugwaj tirkupra darbtejn minn gowl minn taħt

(Ritratt: EPA)

L-Urugwaj żammew it-tamiet li tikkwalifika meta rkuprat darbtejn minn żvantaġġ biex kisbet punt fi draw ta’ 2-2 kontra l-Ġappun. L-Asjatiċi qed jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni bħala mistiedna speċjali flimkien mal-Qatar.

Koji Miyoshi poġġa lill-Ġappuniżi minn fuq fil-25 minuta f’azzjoni fuq il-lemin, bil-plejer jidħol fil-kaxxa u skorja b’xutt b’saħħtu fuq l-ewwel lasta. L-Urugwaj ġabet id-draw seba’ minuti wara bl-attakkant Luis Suarez jiskorja minn penalty b’xutt meqjus fir-rokna leminija tiegħu.

Il-fawl sar minn Naomichi Ueda fuq Edinson Cavani, bl-istess plejer jolqot il-mimduda b’xutt minn barra l-kaxxa. It-tim ta’ Hajime Moriyasu fid-59 minuta meta Fernando Muslera naqas li jżomm kross mix-xellug ta’ Daiki Sugioka, b’Koji Miyoshi jkun pront biex xeħet fix-xibka mir-rebound.

Iżda għal darba oħra l-vantaġġ tal-Ġappun dam seba’ minuti hekk kif l-Urugwaj reġgħet ġabet id-draw. Kien korner ta’ Nicolas Lodeiro mix-xellug, bid-difensur Jose Gimenez jidħol tajjeb biex skorja b’daqqa ta’ ras għar-rokna.

B’dan ir-riżultat, l-Urugwaj se jkollha tistenna sal-aħħar logħba tal-grupp kontra ċ-Ċili biex jikkonfermaw jekk hux se tgħaddi mal-aħħar tmienja tal-kompetizzjoni.