OTTERS NIVEA………….. 8 TA’ XBIEX AMIGOS…… 12
(3-3), (2-3), (2-4), (1-2)
Wara ż-żewġ telfiet kbar li sofrew kontra Valletta u Neptunes, Ta’ Xbiex Amigos kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun. Aktar milli jiddetermina f’liema kampjonat se jilagħbu, din ir-rebħa tiswa għal Ta’ Xbiex minħabba li l-konfronti diretti tat-timijiet li se jilagħbu fl-istess diviżjoni jgħoddu.
Kollox ma’ kollox ir-rebħa għal Ta’ Xbiex kienet meritata minħabba li kellhom il-vantaġġ għal kważi l-logħba kollha. Otters ma għarfux jieħdu kontroll tal-logħba anki jekk protestaw mhux ftit fuq il-kontroll tar-referees.
Otters kellhom il-vantaġġ darbtejn fl-ewwel sessjoni meta kienu 2-1 u 3-2 minn fuq, b’David Fenech itemm is-sessjoni 3-3. It-tim immexxi minn Anthony Farrugia kellu vantaġġ doppju fit-tieni sessjoni permezz ta’ Ferenc Salamon u Milos Filipovic iżda Ta’ Xbiex dawru r-riżultat sa tmiem is-sessjoni.
Dan il-gowl vantaġġ ta determinazzjoni ġdida lil Ta’ Xbiex li skorjaw tliet gowls konsekuttivi permezz ta’ Nicolo Gitto u doppjetta ta’ Nenad Kacar. Otters pruvaw li jidħlu fil-logħba b’gowls minn Claudio Spiteri Debarro u Edward Meli, sakemm Gareth Blundell ħalla lil Ta’ Xbiex bi tliet gowls vantaġġ qabel l-aħħar sessjoni.
Għal ħafna mill-aħħar sessjoni l-ebda tim ma sab ix-xibka, b’Gareth Blundell jaċċerta mir-rebħa. Ferenc Salamon naqqas id-distakk iżda Kacar aċċerta rebħa b’distakk ta’ erba’ gowls.
Otters: M. Xerri, C. Spiteri Debarro (1), F. Salamon (2), L. Hyzler (1), E. Meli (1), M. Lanzon, K. Scicluna, G. Mizzi, A. Mifsud, D. Zahra, B. Lanzon (1), M. Filipovic (2), D. Camilleri
Ta’ Xbiex: Z. Sciberras, R. Greco, M. Demarco, N. Schiavone, M. Carani, G. Blundell (1), D. Fenech (2), N. Saliba, N. Kacar (6), G. Sammut, K. Tanti (1), N. Gitto (1), A. Theuma, J. Saliba (1)
Referees: Richard Magri, Riccardo D’Antoni
//= $special ?>