Internazzjonali

Aktar tensjoni bejn l-Istati Uniti u l-Iran

Kompliet tintensifika t-tensjoni bejn l-Istati Uniti u l-Iran hekk kif il-President Amerikan Donald Trump għamilha ċara li ma jridx idaħħal lil pajjiżu fi gwerra madanakollu saħaq li jekk jingħata bidu għal kunflitt l-Iran ser jinqered għal kollox.

Huwa saħaq li lest jibda taħdidiet mal-Awtoritajiet Iranjana però żgur mhux ser jaslu għal kompromess fuq l-iżvilupp tal-armi nukleari.

Donald Trump spjega wkoll li minkejja li inizjalment ħa deċiżjoni li jattakka l-Iran wara li waqqgħu drone Amerikan – dawwar fehmtu ftit tas-sigħat qabel hekk kif qalulu li kien ser joqto mal-150 persuna.

Intant kelliema minn Tehran għadhom qed jisħqu li d-drone Amerikan daħal fi spazju Iranjan filwaqt li l-Amerikani għadhom jinsistu li dan twaqqa fi spazju internazzjonali.