Lokali

Anzjan bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza

Anzjan ta’ 79 sena residenti s-Swieqi sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura fis-Swieqi stess.

Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.15p.m. fi Triq il-Qasam, kantuniera ma’ Triq is-Sejjiegħ meta l-anzjan intlaqat minn karozza tat-tip Toyota misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Gżira.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lir-raġel milqut lejn l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard, kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.