Lokali

Elisa deskritta bħala studenta eżemplari

L-aħbar fuq fomm kulħadd għadha dik tat-traġedja li ġrat il-Ħamis li għadda – it-telfa taċ-ċkejkna Elisa Buhagiar li tilfet ħajjitha wara inċident bil-karozza fi triq il-Prajjet bejn il-Manikata u Popeye’s Village, karozza tat-tip Toyota Aygo li kien qed isuq missier it-tifla – li miegħu kellu ħabiba tat-tifla ta’ 10 snin meta tilef il-kontroll tal-vettura.

Net News tkellem ma’ Anthony Mifsud li hu residenti l-Imtarfa, eks Sindku tal-lokalita u attwalment kunsillier fejn issa anke ġie elett bħala President tar-reġjun tat-Tramuntana. Hu ddeskriva kif il-komunità tal-Imtarfa tinsab ixxukjata dwar dak li ġara.I

Tkelimna wkoll ma’ Neil Grech, persuna li għallem lil Elisa fl-aħħar ġimgħa waqt li kienu qed jippreparaw għall-kunċert li kien se jittella’ lbieraħ. Huwa ddeskriva l-karatturu ħelu ta’ Elisa u kif kienet tmur ma’ sħabha tal-klassi. Neil filfatt jirreferi għal Elisa bħala role model għal sħabha.

Ġenituri u tfal li jattendu fl-iskola St Joseph tal-Blata l-Bajda għadhom maħsuda bil-mewt tat-tifla li kienet tattendi f’din l-iskola filwaqt li lbieraħ tħassar kunċert fl-istes skola li tiegħu kellha tkun parti ċ-ċkejkna. l-istudenti li qedgħin fl-istess sena ta’ din it-tifla ingħataw l-aħbar bl-għajnuna ta’ staff imħarreġ apposta.