Minn kif jidhru l-affarijiet, il-Partit Laburista huwa għola mill-liġi… dan hekk kif issa ilu l-ġimgħat jislef il-billboards tal-elezzjoni tiegħu lil kumpaniji privati u jidher li qed ikompli jagħmel qligħ illeċitu minn fuqhom.
Skont it-Times of Malta, il-billboards in kwestjoni huma madwar 60 u li minn kull wieħed minhom hemm qligh minimu ta’ €500 fix-xahar… li jissarrfu f’mill-inqas €30,000 fix-xahar li jidħlu faċilment fil-but tal-Partit Laburista.
Flus li l-Partit fil-Gvern qed idaħħal b’mod illegali u bi ksur ta’ liġi sfaċċat.
Dawn il-billboards kellhom jintużaw tul il-kampanja elettorali u skont il-liġi kellhom jiżżarmaw fi żmien ġimgħa tal-pubblikazzjoni tar-riżultat elettorali…iżda għal darboħra, il-Partit Laburista reġa’ naqas li jagħmel dan.
Il-billboards huma pprovduti lill-Partit Laburista mill-kumpanija Aiken Services. Wieħed mill-propjetarji ta’ din il-kumpanija, John Debono, laħaq ambaxxatur tal-Ażerbajġan fl-2014 filwaqt li x-shareholders l-oħra għandhom rabtiet mill-qrib mal-labour u rċevew għadd ta’ direct orders mill-Gvern preżenti.
Intant kien biss wara li t-Times għamlet mistoqsijiet lill-Awtorità tal-Ippjanar dwar din l-illegalità li bdew jitwaħħlu avviżi ta’ infurzar mall-billboards… donnu l-Awtorita kienet għadha ma ndunatx li xahar wara l-elezzjoni dawn il-billoards għadhom ma tneħħewx.. iżda l-awtorità mhux dejjem tkun daqstant kajmana fl-azzjoni tagħha….għax f’każijiet oħra, billboards illegali tneħħew f’inqas minn 24 siegħa. Sadanittant, f’reazzjoni il-Partit Laburista qal li ‘mhux qed jagħmel qligħ minn dawn il-billboards.