Futbol Sport

Il-Ġermanja fil-kwarti tal-finali b’rebħa fuq in-Niġerja, l-Awstralja eliminata min-Norveġja bil-penalties

(Ritratt: EPA)

Il-Ġermanja saret l-ewwel tim li għadda mal-aħħar tmienja wara rebħa ta’ 3-0 fuq in-Niġerja. Alexandra Popp fetħet l-iskor fl-20 minuta b’daqqa ta’ ras għar-rokna leminija ta’ isfel minn korner.

L-iskor sar 2-0 fis-27 minuta meta ġie ordnat penalty għal fawl ta’ Evelyn Nwabuoku fuq Lina Magull Sara Dabritz ma żbaljatx b’xutt għar-rokna leminija tagħha. Lea Schuller temmet it-tamiet ta’ rimonta min-Niġerjani fit-82 minuta b’konklużjoni fil-baxx wara żball difensiv.

Il-logħba l-oħra kellha tkun deċiża bl-għoti tal-penalties wara li n-Norveġja u l-Awstralja spiċċaw fi draw ta’ 1-1 sal-ħin barrani. Finalment kienu n-Norveġiżi li ħarġu rebbieħa 4-1 bl-għoti tal-penalties.

Isabell Herlovsen poġġiet lin-Norveġja minn fuq wara 31 minuta iżda Kellond-Knight ġabet id-draw fit-83 minuta. Fil-104 minuta tkeċċiet Alanna Kennedy għat-tim Awstraljan.