Li tipprevjeni aħjar milli titratta – kien dan il-kliem tal-kelliema tal-oppożizzjoni għall-anzjanita attiva, persuni b’dizibilità u l-ġlieda kontra d-dependenzi u l-vizzji – it-tabiba Maria Deguara – meta ndirizzat is-seminar dwar il-protezzjoni tal-organi riproduttivi tal-mara f’kull eta’ – organizzat min-National Patients Organisation Malta – NPO, li għalih attendiet mart il-President ta’ Malta Miriam Vella.

Maria Deguara tkellmet dwar l-importanza tal-prevenzjoni sa mit-twelid bl-għajnuna ta’ tilqim essenzjali li huwa bla ħlas filwaqt li tat ħarsa lejn l-anotomija tal-organi tal-mara. It-tabiba Deguara semmiet ukoll l-importanza tal-edukazzjoni sesswali u l-użu ta’ kontraċettivi fejn semmiet ukoll li kull sena għandu jsir check up għandu Ġenikologu…..Il-pazjent għandu jipparteċipa fl-għażla tal-kura li għandu jingħata wara li jkun infurmat bit-tajjeb u l-ħażin tat-trattament, temmet tgħid Maria Deguara.

Fetħet dan is-seminar il-president tal-NPO, Irene Schembri li tkellment dwar l-importanza li naħdmu flimkien fejn għandu x’jaqsam is-saħħa filwaqt li fakkret li l-NPO ġiet mwaqfa bl-għan li jagħtu s-setgħa lill-pazjenti, jaħdmu mal-pazjenti u mhux għall-pazjenti.
F’dan l-istess seminar, tkellmu wkoll Theresa Galea Testa, ostetrika u ġinekologa li tkelmet dwar l-anatomija tal-pelvi, Mariella Porter li tkellmet dwar is-saħħa ħolistika fi stadji differenti fil-ħajja tal-mara, it-tabib mediku, Michael Asciak dwar id-drittijiet tal-pazjent fir-rigward ta’ interventi mediċi u l-psikologu Nicholas Briffa li fl-intervent tiegħu tkellem dwar kif l-organi riproduttivi jaffetwaw lil mara psikoloġikament.
