Futbol Sport

Illum tibda l-fażi tal-aħħar 16 tat-Tazza tad-Dinja tan-nisa

(Ritratt: EPA)

Illum it-Tazza tad-Dinja tan-nisa tidħol fil-fażi li jmiss hekk kif jibdew ikunu magħrufa t-timijiet li għamluha mal-aħħar tmienja. Il-Ġermanja tibda favorita li tavvanza f’konfront kontra n-Niġerja li spiċċat it-tielet fil-grupp tagħha.

Il-konfront bejn in-Norveġja u l-Awstralja mistenni jkun aktar missielet hekk kif anki fil-grupp rispettiv spiċċaw fl-istess post u bl-istess punti u differenza ta’ gowls.

Fost il-logħbiet l-oħra, tispikka dik ta’ għada bejn l-organizzaturi Franza u l-Brażil li ġejjin minn rebħa diffiċli kontra l-Italja. L-Istati Uniti u l-Olanda ma għandhomx ifallu l-logħbiet tagħhom filwaqt li l-Italja se jkollha ostaklu fiċ-Ċina li sofriet biss gowl fi tliet logħbiet sa issa.

Fażi tal-aħħar 16

Illum

Ġermanja v Niġerja        5.30pm

Norveġja v Awstralja     9.00pm

Għada

Ingilterra v Kamerun    5.30pm

Franza v Brażil              9.00pm

It-Tnejn

Spanja v Stati Uniti       6.00pm

Żvezja v Kanada            9.00pm

It-Tlieta

Italja v Ċina                    6.00pm

Olanda v Ġappun          9.00pm