Il-President Russu Valdimir Putin issospenda temporanjament il-linji tal-ajru Russi milli jtiru minn fuq il-Ġeorġja wara l-protesti vjolenti li qamu.
Mal-240 persuna spiċċaw midruba hekk kif Sergei Gavrilov Membru Parlamentari Russu tkellem fil-Parlament Ġeorġjan.
Bosta reħewlha quddiem il-Parlament fil-Belt Kapitali f’Tbilisi hekk kif it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi ilha żżid mill-gwerra fir-Reġjun ta’ Ossetja – 11-il sena ilu.
Filwaqt li l-ispeaker tal-Parlament Ġeorġjan, irreżenzja wara l-protesti vjolenti – kelliema għal Moska ħabbru li kull tour mill-Aġenziji tal-Ivjaġġar Russi lejn il-Ġeorġja ġew sospiżi immedjatament.
//= $special ?>

