Lokali

Isofri minn ġrieħi gravi wara impatt ma’ trakk

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 66 sena minn Tas-Sliema sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-ħdax u nofs fi Triq it-Torri, tas-Sliema.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari illi saru rriżulta li seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Aygo li kienet qed tiġi misjuqa minn raġel u trakk tal-konkrit tal-għamla Astra li kien wieqaf.

Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.