L-amministrazzjoni tal-isptar Monte Carmeli la qed tkun sensittiva u lanqas effiċjenti fil-mod kif qed tindirizza l-isfidi li għandha quddiemha.
Dan qalitu l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel l-MUMN fi stqarrija li ħarġet dalgħodu b’referenza għall-azzjonijiet li kellhom jittieħdu mill-awtoritatjiet konċernati dwar is-soqfa kkundannati li hemm fl-istess sptar.
L-isqarrija tgħid li minkejja l-isforzi tad-Diviżjoni tas-Saħħa biex tiġi riżolta din is-sitwazzjoni. il-proċess ta’ Talba għall-Parteċipazzjoni mniedi minnha “falla miżerjament”.
L-MUMN qed tinsisti li l-għar swali fi ħdan Mater Dei għandhom jiġu evakwati sal-aħħar ta’ Settmbru ta’ din is-sena u li m’għandux ikun hemm aktar dewmien. L-istqarrija tkompli tgħid li mhux aċċettabbli li pazjenti u ħaddiema jibqgħu f’dawn is-swali u li jibqa’ jkun hemm dewmien biex isiru x-xogħlijiet fuqhom.
Minkejja li l-MUMN stqarret li ma taqbilx li l-Istpar Monte Carmeli għandu jingħalaq minħabba d-difetti kbar strutturali, tifhem li din l-istituzzjoni qed ikollha tilqa’ fiha dejjem aktar pazjenti tant li hemm problema ta’ ffullar.
Fl-istqarrija l-MUMN tfaħħar ix-xogħol impekkabbli li jagħmlu l-infermiera f’dan l-isptar.
L-istqarrija ttemm tgħid li l-Union tal-Infermiera se tkun qed tippubblika d-dati kollha ta’ meta għandhom ikunu konklużi x-xogħlijiet fl-isptar Monte Carmeli sabiex il-pubbliku u l-ħaddiema f’dan l-isptar ikunu jistgħu ikejlu l-progress magħmul mit-tmexxija tal-isptar.
//= $special ?>