Futbol Sport

L-Eġittu tiftaħ it-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani b’rebħa minima fuq iż-Żimbabwe

(Ritratt: EPA)

L-Eġittu fetħet it-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani b’rebħa minima ta’ 1-0 fuq iż-Żimbambwe, tliet punti li waslu mhux bil-mod konvinċenti kif forsi ħafna ħasbu. It-tim ta’ Javier Aguirre bl-appoġġ tal-partitarji f’Kajr, kellhom il-kontroll tal-logħba iżda naqsu li jsarrfu l-pressjoni f’gowls.

Il-gowl deċiżiv wasal fil-41 minuta meta Mahmoud Trezeguet irċieva ballun fil-kaxxa, ġibed il-ballun għan-nofs u b’xutt b’saħħtu skorja għar-rokna. L-istilla tat-tim Mohamed Salah kellu diversi opportunitajiet iżda naqas li jsib ix-xibka.