L-Istitut għall-istudji Turistiċi, l-ITS, ippubblika l-prospectus tiegħu għal studenti full time għas-sena skolastika li jmiss kif ukoll il-kampanja ġdida ‘Spread your Wings.’
Il-prospectus għas-sena d-dieħla, aċċessibbli fuq www.its.edu.mt, jinkludi selezzjoni vasta ta’ korsijiet li jvarjaw minn livell ta’ Fondazzjoni sa Degree.
Il-korsijiet ivarjaw minn Travel and Tourism, Rooms Division, Food and Beverage Service, Food Preparation, Events and Leisure, Tour Guiding, Hotel Management Operations for Cruise Liners, Culinary Arts, Gastronomy u International Hospitality Management. Dawk interessati jistgħu japplikaw onlajn sad-9 t’Awwissu li ġej.
Dan apparti li qed ikun offrut ukoll il-kors International Hospitality Management f’livell ta’ MBA.
Il-pubblikazzjoni tal-prospectus tal-ITS issegwi l-ftehim akkademiku ffirmat f’Mejju bejn l-istess kulleġġ u l-Emirates Academy of Hospitality Management.
//= $special ?>