Lewis Hamilton se jibda l-Grand Prix ta’ Franza mill-pole position hekk kif għamel l-aħjar ħin fiċ-ċirkwit ta’ Le Castellet b’ħin ta’ 1:28.319. Hamilton kien wieħed mill-ftit li tejjeb il-ħin tiegħu fl-aħħar dawra u għamel rekord taċ-ċirkwit.
Mercedes għamlu doppjetta oħra hekk kif Valtteri Bottas għamel it-tieni l-aħjar ħin, segwit minn Charles Leclerc ta’ Ferrari u Max Verstappen tar-Red Bull. Diżappunt ieħor għal Sebastian Vettel hekk kif wara d-diżappunt dwar il-penalità fil-Kanada, għamel is-seba’ l-aħjar ħin.
Fl-aħħar fażi hu għamel biss id-dawra finali wara li kellu problema teknika u spiċċa kważi sekonda u nofs wara Hamilton. Sodisfazzjon għal McLaren li se jibdew it-tellieqa fit-tielet filliera, b’Lando Norris jagħmel il-ħames l-aħjar ħin segwit minn Carlos Sainz. Daniel Ricciardo ta’ Renault, Pierre Gasly ta’ Red Bull u Antonio Giovinazzi ta’ Alfa Romeo komplew l-ewwel għaxra.
//= $special ?>