Lokali

Mewġa oħra ta’ sħana

Arkivji

Fit-tliet ijiem li ġejjin mistennija jkollna mewġa oħra ta’ sħana. Dan hekk kif it-temperaturi se jlaħħqu t-35 grad celsius filwaqt li t-temperatura tinħass 38 grad celcius.

Filfatt li l-Uffiċċju Meteoroloġiku qed iwissi dwar 3 ijiem ta’ sħana fejn ir-raġġi UV se jkun dak ta’ 10.

F’dan il-perjodu wieħed irid jixrob regolarment, jiekol affarjiet friski, ma joqgħodx fix-xemx għal ħin twil, b’mod speċjali bejn l-10 ta’ filgħodu u l-4 ta’ waranofsinhar u biex wieħed jilbes ilbies ħafif. Wieħed għandu wkoll jevita milli jagħmel l-eżerċizzju fl-aktar ħinijiet sħan tal-ġurnata.

Huwa importanti wkoll li wieħed ma jħallix tfal jew annimali fil-vetturi, peress li meta l-vetturi jkunu fix-xemx, it-temperatura fil-karozza taf tiżdied b’10 gradi celcius fl-ewwel 10 minuti u f’temp ta’ siegħa, il-karozza tkun bejn 22 u 25 gradi celcius aktar sħuna minn barra.

Tags