Bħalissa għaddejja ħidma intensiva mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw nar li beda fil-Miżieb fl-inħawi tal-Mellieħa. Jidher li dan mhuwiex każ iżolat, hekk kif f’dawn l-aħħar jiem il-Protezzjoni Ċivili kienet għaddejja b’ħidma biex jintfew nirien f’widien u għelieqi.
Kelliema tal-Protezzjoni Ċivili sostnew li każijiet bħal dawn huma komuni għal dan l-istaġun tas-sena kawża tas-sħana qawwija li qed tagħmel f’pajjiżna. Il-pumpiera bħalissa, fl-għeqqel tax-xemx, jinsabu għaddejjin b’ħidma intensiva biex jintefa’ dan in-nar.
Segwu iktar fil-filmati miġbuda minn Ivan Castillo.