Dalgħodu f’Għawdex sar pellegrinagg lejn is‑Santwarju tal‑Madonna Ta’ Pinu fl‑Għarb, f’għeluq l‑400 sena tal‑kwadru tal‑Madonna Ta’ Pinu u l‑136 sena mis‑sejħa tal‑Madonna lil Karmni Grima u Frangisk Portelli.

Il-pellegrinaġġ kien organizzat mill-Arċidjocesi ta’ Malta u mid‑Djoċesi ta’ Għawdex, u tmexxa mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna. Miegħu ħadu sehem ukoll l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, l-Isqof George Bugeja O.F.M., l-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Emeritu Paul Darmanin, O.F.M.

Il-pellegrinagg beda bit-talba tas-Supplika u wara saret Quddiesa Pontifikali ċċelebrata mill-Arċisqof Scicluna flimkien ma’ saċerdoti djoċesani u reliġjużi miż‑żewġ djoċesijiet.
